Malti

790 Words2 Pages

Meta wieħed jaqra numbru ta’ poeżiji miktubin minn Pawlu Aquilina jinnota żewġ affarijiet; li hemm diversi temi ripetuti fosthom dik tat-twemmin u dik soċjali kif ukoll li diversi poeżiji jirrevolvu dwar l-istess ħsieb. Fil-ktieb, ‘Monografija’ il-qarrej jiġi espost għal dak li llum il-ġurnata il-bnidem Malti qed jonqos minnu, it-twemmin lejn Alla, kif ukoll għal diversi sitwazzjonijiet li jġiegħlu lill-qarrej jaħseb, bħal ngħidu aħna l-abort kif ukoll il-mewt. Fil-poeżija ‘Meta’ Aquilina jikteb b’ton serju u qiegħed jindirizza lil Alla. L-idea li l-poeta jikteb dwarha hi li biex ikun ikollok kuntatt jew tħoss il-prezenza tal-Mulej m’hemmx il-bonn tas-sensi għaliex dawn ibiegħdu lil bniedem mill-fidi. Bl-użu tal-paradoss Pawlu Aquilina jikteb li meta jagħma jibda jara lil Alla, ‘‘Meta nagħma, Mulej,/ jibda jitqatta’ ċ-ċpar ta’ bejni u bejnek’’ u li meta jittarrax jibda jisma’ leħen Alla, ‘‘Meta nitlef is-smigh/u nittarrax,Mulej,/kemm nibda nħossu leħnek’’. Frott l-użu tal-paradoss flimkien mal-punt ta’esklamazzjoni, li hu użat tul il-poeżija kollha, Aquilina jikteb poeżija b’elementi salmodiċi għaliex turi tifħir lejn Alla. L-istess tema terġa’ tintuża f’poeżiji bħal ‘L-Akbar Weġgħa’, ‘Mis-Salib għad-Dawl’ u ‘Qamar tal-Ġimgħa l-Kbira’. Fl-‘Akbar Weġgħa’, il-poeta jikteb dwar konversazzjoni li kellu mal-Mulej, li jgħidlu li għandu weġgħa interjuri, weġgħa agħar minn kull uġigħ fiżiku, li tirrifletti t-tradiment tal-bniedem lejn Alla. Din hija poeżija ta’ riflessjoni; dwar tradiment li ma waqafx meta miet Ġesu iżda kompla anke wara mewtu, għalhekk Aquilina qisu qiegħed jikteb dwar l-insara tal-isem li ma jimxux kompletament wara t-tagħlim t’Alla. Żewġ poeżiji oħra li jittrattaw din it-tema u li jitrabtu flimkien huma ‘Mis-Salib għad... ... middle of paper ... ...al-poeżija ‘Wiċċhom’. L-imħabba tal-omm qiegħda tiġi amplifikata permezz tas-seni, fosthom tal-ħass, ‘ bewsa ta’ xofftejk’, ‘għannaqtuni ġo dirajk’, viżjoni kif ukoll smigħ, ‘kelmtek bnina’. Għalhekk nistgħu ngħidu li f’din il-poeżija Pawlu Aquilina jpinġi l-omm ideali li tħobb u tfarraġ llil uliedha meta fil bżonn. Forsi poeżija oħra li hija assoċjata mat-tema soċjali hija ‘Il-Merħla tal-Bnedmin’ fejn il-poeta jikteb dwar id-dinja tal-bniedem modern u jirrapreżenta lill-bniedem bħala persuna mitlufa u li ma tafx fejn sejra. Minħabba f’hekk nistgħu ngħidu li Aquilina jitfa’ ‘l quddiem l-idea tal-umanita’ mitlufa, forsi minħabba l-progress. Nistgħu ngħidu għalhekk li Pawlu Aquilina jitratta diversi temi fil-poeżiji tiegħu li huma kemm tradizzjonali kif ukoll kontemporanji. Minħabba f’hekk kitbitu tolqot kemm il-ġenerazzjonijiet ta’qabel kif ukoll dawk preżenti.

More about Malti

Open Document